Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Jannar 2009 - Özdemir vs UASI - Aktieselskabet af 21. november 2001 (James Jones)

(Kawża T-11/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Rahmi Özdemir (Dreieich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Heinrich, I. Hoes, C. Schröder, K. von Werder u J. Wittenberg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aktieselskabet af 21. november 2001 (Brande, id-Danimarka)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta' Novembru 2008 fil-Każ R 858/2007-2;

tiċħad l-oppożizzjoni tal-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-25 ta' Jannar 2005 kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja - Applikazzjoni Nru 3 493 137; u

tordna li l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tbati l-ispejjeż tal-proċedimenti, inkluż l-ispejjeż sostnuti matul il-proċedimenti ta' oppożizzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "James Jones" għal prodotti fil-klassi 25

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali "Jack & Jones" irreġistrata fil-Komunità bin-Nru 1 107 747 għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25; it-trade mark verbali "Jack Jones" irreġistrata fir-Renju Unit bin-Nru 2 063 437 għal prodotti fil-klassi 25; it-trade mark verbali "Jack Jones" irreġistrata fil-Benelux bin-Nru 474 622 għal prodotti fil-klassi 25; it-trade mark verbali "Jack & Jones" irreġistrata fid-Danimarka bin-Nru VR 1990 06569 għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni għal prodotti kollha kkontestati milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell qies b'mod żbaljat li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade mark ikkonċernati; ksur tal-Artikolu 43(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li ebda prova ta' użu ma ġiet ippreżentata quddiem il-Bord tal-Appell fir-rigward tat-trade mark irreġistrata fir-Renju Unit bin-Nru 2 063 437.

____________