Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Novembru 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-283/13 P)1

(“Appell – Servizz pubbliku – Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli – Assenza ta’ identiċità bejn ir-rikors ippreżentat permezz ta’ faks u l-oriġinal ippreżentat sussegwentement – Preżentata tal-oriġinal wara l-iskadenza tat-terminu – Tardività tar-rikors – Appell manifestament infondat”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Marzu 2013, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-131/12, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż sabiex jiġi annullat dan id-digriet.DispożittivL-appell huwa miċħud.L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.