Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2011 - Charron Inox u Almet vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-445/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Charron Inox (Marseille, Franza) u Almet (Satolas-et-Bonce, Franza) (rappreżentant: P. O. Koubi-Flotte, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

prinċipalment, tiddikjara l-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 627/2011 tas-27 ta' Ġunju 2011;

sussidjarjament, tikkonstata n-nuqqas tal-Kummissjoni li ma pprovdietx terminu suffiċjenti bejn il-pubblikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 627/2011 tas-27 ta' Ġunju 2011 u d-dħul fis-seħħ tiegħu u tistabbilixxi bħala kumpens għad-danni favur il-kumpanniji rikorrenti l-ammonti li ġejjin:

-    fir-rigward tad-dannu:

-     għall-kumpannija CHARRON: EUR 123 297.69

-     għall-kumpannija ALMET: EUR 384 210

-    fir-rigward tat-telf ta' dħul li jista' jiġi kkumpensat:

-    għall-kumpannija CHARRON, fir-rigward tal-kuntratt stabbilit mal-kumpannija SURAJ, l-ammont ta' USD 78 051.76, jew EUR 55 211.57,

-     għall-kumpannija ALMET, fir-rigward tal-kuntratt stabbilit mal-kumpannija SURAJ, l-ammont ta' USD 69 059.18, jew EUR 48 827.61 sal-lum;

iktar sussidjarjament, tiddikjara r-responsabbiltà inkolpevoli tal-Kummissjoni li ma pprovdietx terminu suffiċjenti bejn il-pubblikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 627/2011 tas-27 ta' Ġunju 2011 u d-dħul fis-seħħ tiegħu u tistabbilixxi bħala kumpens għad-danni favur il-kumpanniji rikorrenti l-ammonti li ġejjin:

-    fir-rigward tad-dannu:

-     għall-kumpannija CHARRON: EUR 123 297.69

-    għall-kumpannija ALMET: EUR 384 210

-    fir-rigward tat-telf ta' dħul li jista' jiġi kkumpensat:

-    għall-kumpannija CHARRON, fir-rigward al-kuntratt stabbilit mal-kumpannija SURAJ, l-ammont ta' USD 78 051.76, jew EUR 55 211.57,

-    għall-kumpannija ALMET, fir-rigward tal-kuntratt stabbilit mal-kumpannija SURAJ, is-somma ta' USD 69 059.18, jew EUR 48 827.61 sal-lum;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż u kif ukoll għall-ħlas tal-ammont ta' EUR 10 000 bħala kumpens għall-ispejjeż tad-difiża tal-kumpanniji rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq insuffiċjenzi gravi tal-konstatazzjonijiet li l-Kummissjoni għamlet qabel ma tat id-deċiżjoni tagħha inkwantu dawn l-insuffiċjenzi rrendew il-fatti stabbiliti ineżatti.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi, inkwantu d-dħul fis-seħħ immedjat tar-regolament ikkontestat ma ppermettiex lir-rikorrenti jadattaw il-prattiki tagħhom.

____________