Language of document : ECLI:EU:T:2014:267

Kawża T‑447/11

Lian Catinis

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti dwar investigazzjoni tal-OLAF dwar it-twettiq ta’ proġett ta’ modernizzar tal-infrastruttura fis-Sirja — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-iskop ta’ spezzjonijiet, investigazzjoni u verifiki”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Mejju 2014

1.      Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Silenzju jew nuqqas ta’ azzjoni minn istituzzjoni — Assimilazzjoni għal deċiżjoni impliċita ta’ rifjut — Esklużjoni — Limiti

(Artikolu 263 TFUE)

2.      Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Proċedura amministrattiva — Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(1))

3.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Rifjut ta’ aċċess — Obbligu għall-istituzzjoni li twettaq eżami konkret u individwali tad-dokumenti — Possibbiltà li tibbaża ruħha fuq preżunzjonijiet ġenerali li japplikaw għal ċerti kategoriji ta’ dokumenti — Limiti

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(2))

4.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4)

5.      Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokumenti — Kunċett — Interess partikolari tal-persuna kkonċernata li tiddefendi lilha nnifisha — Esklużjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(2) u (3))

6.      Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) —       Regolament Nru 1073/1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-OLAF — Drittijiet tad-difiża — Portata — Dritt ta’ aċċess għall-fajl tal-investigazzjoni — Assenza ħlief għall-pubblikazzjoni tar-rapport finali

(Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1073/1999 u Nru 1049/2001)

1.      Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet espressi li jistabbilixxu terminu li meta jiskadi jitqies li l-istituzzjoni li ntalbet tieħu pożizzjoni tkun adottat deċiżjoni impliċita, u li jiddefinixxu l-kontenut ta’ din id-deċiżjoni, is-skiet waħdu ta’ istituzzjoni ma jistax jiġi pparagunat ma’ deċiżjoni, mingħajr ma titqiegħed indiskussjoni s-sistema ta’ rimedji stabbilita mit-Trattat. Madankollu, f’ċerti ċirkustanzi speċifiċi, is-silenzju jew in-nuqqas ta’ azzjoni ta’ istituzzjoni jistgħu jitqiesu b’mod eċċezzjonali bħala li għandhom valur ta’ deċiżjoni impliċita ta’ rifjut.

(ara l-punti 28, 29)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 34)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 42, 43)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 48, 53)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 61)

6.      Irrispettivament mid-drittijiet eżistenti bis-saħħa tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) ma huwiex obbligat li jagħti lil persuna allegatament ikkonċernata minn investigazzjoni li għadha għaddejja, l-aċċess għad-dokumenti li jinsabu fil-fajl ta’ din l-investigazzjoni.

F’dan ir-rigward, l-aċċess għad-dokumenti li jinsabu fil-fajls tal-OLAF li jirrigwardaw investigazzjoni li qiegħed jagħmel dan tal-aħħar, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ persuni kkonċernata li tirċievi r-rendikont tal-intervista tagħha mal-OLAF, effettivament isir matul proċedura ta’ segwitu. Fil-fatt, ir-rakkomandazzjoni finali tal-OLAF ser tiġi sottomessa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni jew lill-awtoritajiet nazzjonali. Fil-każ li dawn l-awtoritajiet ikollhom l-intenzjoni li jadottaw sanzjoni kontra persuna kkonċernata mill-investigazzjoni, huma jridu jagħtuh il-possibbiltà li jeżerċita d-drittijiet tad-difiża tiegħu skont il-proċedura amministrattiva jew kriminali applikabbli. Għaldaqstant, il-persuna kkonċernata tkun imbagħad f’pożizzjoni li teżerċita r-rimedji legali disponibbli, permezz ta’ dawn l-awtoritajiet, bla ħsara għar-regoli proċedurali applikabbli

(ara l-punti 63, 64)