Language of document : ECLI:EU:T:2013:587





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Novembru 2013 — Wünsche Handelsgesellschaft International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑147/12)

“Unjoni doganali — Importazzjoni ta’ faqqiegħ ippreżervat li joriġina miċ-Ċina — Deċiżjoni li tikkonstata assenza ta’ ġustifikazzjoni għall-maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 239 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Żball tal-awtoritajiet doganali li seta’ jiġi individwat — Negliġenza manifesta tal-importatur — Aspettattivi Leġġittimi — Proporzjonalità — Amministrazzjoni tajba — Ugwaljanza fit-trattament”

1.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea — Rimbors jew maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni — Artikolu 236 tar-Regolament Nru 2913/92 — Portata — Limiti — Applikazzjoni tad-dritt doganali sostantiv — Kompetenza esklużiva tal-awtoritajiet nazzjonali (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikoli 236 u 243) (ara l-punti 24, 25)

2.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni — Kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92 — Obbligu li l-informazzjoni kollha neċessarja prevista mid-dritt tal-Unjoni u mid-dritt nazzjonali tiġi pprovduta lill-awtoritajiet doganali — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 220(2)(b)) (ara l-punti 28, 31)

3.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni — Kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92 — Żball tal-amministrazzjoni li ma setgħetx “raġonevolment tinduna bih il-persuna responsabbli għall-ħlas” — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Kumplessità tal-leġiżlazzjoni tariffarja (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 220(2)(b); Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 2125/95, Artikolu 10(1) u Nru 1864/2004, Artikolu 14(2)) (ara l-punti 44, 45, 48, 69)

4.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni — Kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92 — Bona fides tal-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa — Kunċett — Obbligu li l-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa tinforma ruħha dwar u li titlob kull kjarifika possibbli fil-każ li jkollha dubji dwar id-definizzjoni tal-oriġini tal-merkanzija — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 220(2)(b)) (ara l-punti 82, 83, 85)

5.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea — Rimbors jew maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni — Eżistenza ta’ sitwazzjoni partikolari — Ċirkustanzi li ma jimplikawx “ingann jew traskuraġni ovvja” min-naħa tal-parti kkonċernata — Kunċett ta’ negliġenza manifesta — Kundizzjonijiet kumulattivi — Rifjut ta’ rimbors jew ta’ maħfra fil-każ li wieħed minn dawn ir-rekwiżiti ma jkunx sodisfatt — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikoli 220(2)(b) u 239(1)) (ara l-punti 92-94, 102, 103, 116)

6.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Kundizzjonijiet — Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni (ara l-punt 110)

7.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Ugwaljanza fit-trattament — Kunċett (ara l-punt 120)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 6393 finali, tas-16 ta’ Settembru 2011, li tikkonstata li ma huwiex iġġustifikat li tingħata l-maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni f’każ partikolari.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Wünsche Handelsgesellschaft International mbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.