Language of document : ECLI:EU:T:2016:377





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016 – CW vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑516/13)

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi – Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent ibbażata fuq motivazzjoni ġdida wara l-annullament ta’ miżuri ta’ iffriżar ta’ fondi preċedenti – Dritt għall-proprjetà – Proporzjonalità – Żball ta’ fatt – Użu ħażin ta’ poter – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Rabta kawżali”

1.                     Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni involuti fil-misapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom – Misapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi – Kunċett – Interpretazzjoni awtonoma u uniformi – Interpretazzjoni wiesgħa (Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, Artikolu 1(1)) (ara l-punti 60, 69-72, 76)

2.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Metodi – Interpretazzjoni litterali, sistematika u teleoloġika – Effett utli (Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, Artikolu 1(1)) (ara l-punti 62, 63, 67, 68, 80, 110, 112, 118, 120, 123, 124)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Għażla tal-bażi legali – Deċiżjoni li tikkonċerna l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni involuti fil-misapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom – Artikolu 29 TUE – Ammissibbiltà (Artikoli 21 TUE, 23 TUE, 24(1) TUE, 25 TUE, 28 TUE u 29 TUE; it-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK) (ara l-punti 65, 66)

4.                     L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni involuti fil-misapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom – Portata tal-istħarriġ – Prova tal-fondatezza tal-miżura – Obbligu tal-Kunsill li jivverifika sistematikament il-provi prodotti mill-awtoritajiet ta’ pajjiż terz – Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/72/PESK u 2013/409/PESK) (ara l-punti 129-131, 141-143, 148-150)

5.                     Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Iffriżar ta’ fondi tal-persuni involuti fil-misapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew organi assoċjati magħhom – Restrizzjoni tad-dritt għall-proprjetà u tad-dritt għall-eżerċizzju liberu ta’ attività ekonomika – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza [Artikolu 21(2)(b) u (d) TUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 16, 17(1) u 52(1); Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/72/PESK u 2013/409/PESK] (ara l-punti 162-168, 173, 174, 183, 184, 187, 188)

6.                     Rikors għal annullament – Motivi – Użu ħażin ta’ poter – Kunċett (ara l-punt 193)

7.                     Proċedura ġudizzjarja – Awtorità ta’ res judicata – Portata – Ċaħda, fl-ewwel sentenza, ta’ talba għall-kumpens ta’ dannu, fl-assenza ta’ prova tar-realtà u tal-portata tad-dannu allegat u tal-eżistenza ta’ rabta kawżali – Talba ġdida intiża sabiex jinkiseb il-kumpens għad-dannu ikkawżat mill-istess illegalità bħal dik inkwistjoni fis-sentenza ta’ ċaħda – Inammissibbiltà (Artikoli 268 TFUE u 340 TFUE) (ara l-punti 216, 217)

8.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 220, 225, 242, 243)

9.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Dannu reali u ċert – Oneru tal-prova (Artikolu 340(2) TFUE) (ara l-punti 227, 228)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2013/409/PESK, tat-30 ta’ Lulju 2013, li timplementa d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2013, L 204, p. 52), sa fejn tikkonċerna r-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kumpens għad-dannu li allegatament ġarrab ir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CW għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.