Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta Settembru 2011 - 3F vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-30/03 RENV) 1

("Għajnuna mill-Istat - Għajnuna fiskali mogħtija mill-awtoritajiet Daniżi - Baħħara impjegati fuq bastimenti rreġistrati fir-reġistru internazzjonali Daniż - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tqajjimx oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Diffikultajiet serji")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: 3F, li kien Specialarbejderforbundet i Danmark (SID) (Kopenħagen, id-Danimarka) (rappreżentanti: inizjalment P. Bentley, QC, u A. Worsøe, avukat, sussegwentement P. Bentley u P. Torbøl, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u N. Khan, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: V. Pasternak Jørgensen u C. Vang, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002) 4370 finali, tat-13 ta' Novembru 2002, li ma tqajjimx oġġezzjonijiet dwar miżuri fiskali Daniżi li japplikaw għall-baħħara fuq bastimenti rreġistrati fir-reġistru internazzjonali Daniż.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

3F, li kien Specialarbejderforbundet i Danmark (SID), huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.

Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess sostnuti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.

____________

1 - ĠU C 70, 22.03.2003.