Language of document : ECLI:EU:C:2021:252





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Marzu 2021 –
Carvalho et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża C565/19 P)

“Appell – Rikors għal annullament u għad-danni – Ambjent – Pakkett tal-2030 dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima – Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Nuqqas ta’ inċidenza individwali”

1.      Appell – Aggravji – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti sottomessi lill-Qorti Ġenerali – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament – Stħarriġ tal-kwalifika legali mogħtija lill-fatti tal-kawża – Inklużjoni

(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

(ara l-punti 36, 38)

2.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Inċidenza individwali – Kriterji – Pakkett leġiżlattiv tal-2030 dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima – Rikors ippreżentat minn individwi li jinvokaw ksur tad-drittijiet fundamentali – Assenza ta’ inċidenza individwali – Inammissibbiltà

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2018/841, Artikolu 4, u 2018/842, Artikolu 4(2) u Anness I; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2018/410, Artikolu 1)

(ara l-punti 46 sa 50)

3.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Interpretazzjoni contra legem tar-rekwiżit tan-neċessità ta’ interess individwali – Inammissibbiltà

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47)

(ara l-punti 67 sa 71, 75 sa 78)

4.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Inċidenza individwali – Kriterji – Pakkett leġiżlattiv tal-2030 dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima – Rikors ta’ assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-interessi individwali kollha tal-membri tagħha – Assenza ta’ inċidenza individwali – Inammissibbiltà

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 85 sa 94)

5.      Appell – Aggravji – Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell – Inammissibbiltà

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58)

(ara l-punti 91, 92)

6.      Rikors għad-danni – Awtonomija fil-konfront tar-rikors għal annullament – Limiti – Rikors intiż biex jinkiseb l-istess riżultat bħal dak tar-rikors għal annullament – Inammissibbiltà

(Artikoli 263, 268 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punti 101 sa 103)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Armando Carvalho u 36 appellant l-ieħor li isimhom jidher fl-anness ma’ din is-sentenza għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk esposti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.