Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Diċembru 2011 -De Luca vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-563/10 P)
("Appell - Appell inċidentali - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra għal impjieg ta' grupp ta' funzjonijiet għola wara kompetizzjoni ġenerali - Dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal")
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Patrizia De Luca (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant J. Currall, aġent); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u K. Zieleśkiewicz, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tat-30 ta' Settembru 2010, De Luca vs Il-Kummissjoni (F-20/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.
Dispożittiv
L-appelli inċidenti huma miċħuda.
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tat-30 ta' Settembru 2010, De Luca vs Il-Kummissjoni (F-20/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), hija annullata.
Il-kawża hija rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
L-ispejjeż huma rriżervati.
____________1 - ĠU C 63, 26.02.2011.