Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 – Longevity Health Products vs UASI – Gruppo Lepetit (RESVEROL)
(Kawża T-363/09)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali RESVEROL – Trade mark internazzjonali verbali preċedenti LESTEROL – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 23, 32,33)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Lulju 2009 (Każ R 1204/2008-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gruppo Lepetit SpA u Longevity Health Products, Inc. |
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja: | Longevity Health Products, Inc. |
Trade mark Komunitarja kkonċernata: | Trade mark verbali RESVEROL għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35 – applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5244512 |
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: | Gruppo Lepetit SpA |
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: | Reġistrazzjonijiet bħala trade mark nazzjonali tat-trade mark LESTEROL għall-prodotti tal-klassi 5 |
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: | Oppożizzjoni milqugħa |
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: | Appell miċħud |
Dispożittiv
2) | | Longevity Health Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż. |