Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Ġunju 2012 - E.ON Ruhrgas u E.ON vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-360/09) 

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ġermaniż u Franċiż tal-gass naturali - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tqassim tas-suq - Tul tal-ksur - Multi")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: E.ON Ruhrgas AG (Essen, Il-Ġermanja); u E.ON AG (Düsseldorf, Il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Wiedemann u T. Klose, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, A. Bouquet u R. Sauer, aġenti, assistiti minn M. Buntscheck, avukat)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5355 finali, tat-8 ta' Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE (Każ COMP/39.401 - E.ON/GDF), u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis mill-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)    L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5355 finali, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/39.401 - E.ON/GDF), huwa annullat, minn naħa, sa fejn jikkonstata li l-ksur dam mill-1 ta' Jannar 1980 mill-inqas sal-24 ta' April 1998, fir-rigward tal-ksur imwettaq fil-Ġermanja u, min-naħa l-oħra, sa fejn jikkonstata l-eżistenza ta' ksur imwettaq fi Franza bejn it-13 ta' Awwissu 2004 u t-30 ta' Settembru 2005.

2)    L-ammont tal-multa imposta lil E.ON Ruhrgas AG u E.ON AG fl-Artikolu 2(a), tad-Deċiżjoni C (2009) 5355 finali huwa ffissat għal EUR 320 miljun.

3)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha

____________

1 - ĠU C 282, 21.11.2009.