Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2014 – Heidrick & Struggles International vs UASI (THE LEADERSHIP COMPANY)

(Kawża T-43/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Heidrick & Struggles International (Chicago, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Norris, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-10 ta’ Ottubru 2013 mogħtija fil-Każ R 338/2013-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “THE LEADERSHIP COMPANY” għal servizzi fil-klassijiet 35 u 44 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 031 457

Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni tat-trade mark miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b),(ċ) u 7(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.