Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Diċembru 2010 - Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik vs UASI - Impexmetal (FŁT-1)

(Kawża T-571/10)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik S.A. (Kraśnik, il-Polonja) (rappreżentant: J. Sieklucki, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Impexmetal S.A. (Varsavja, il-Polonja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta' Ottubru 2010 fil-Każ R 1387/2009-1;

tikkundanna lill-konvenut u lil Impexmetal S.A. għall-ispejjeż, inkluż dawk sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva "FLT-1" għal prodotti fil-klassi 7 - Reġistrazzjoni Nru 5026372

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: IMPEXMETAL S.A.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark figurattiva Komunitarja "FLT-1" u trade mark verbali u figurattiva nazzjonali "FLT-1" għal prodotti fil-klassi 7

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark għal ċerti prodotti fil-klassi 7 miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 1, minħabba żball ta' evalwazzjoni tax-xebh tas-sinjali inkwistjoni, billi ma tteħidx kont tal-fatt li t-trade mark li saret applikazzjoni għaliha tikkostitwixxi parti mill-isem tal-kumpannija rikorrenti, li ilu jintuża għal ħafna żmien minn qabel ma saret l-applikazzjoni u li huwa s-sinjal distintiv storiku leġittimu tar-rikorrenti, u billi ma tteħidx kont lanqas tal-koeżistenza prolongata u paċifika tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha u tat-trade marks invokati insostenn tal-oppożizzjoni.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)