Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Frar 2013 - BSI vs Il-Kunsill
(Kawża T-551/11)
("Rikors għal annullament - Dumping - Estensjoni tad-dazju antidumping impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti elementi ta' qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta' dawn il-prodotti kkunsinjati mill-Malasja - Importatur indipendenti - Ir-raba' paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Nuqqas ta' interess dirett - Att regolamentari li jinkludi miżuri ta' eżekuzzjoni - Inammissibbiltà")
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Brugola Service International Srl (BSI) (Cassano Magnago, l-Italja) (rappreżentanti: S. Bariatti u M. Farneti, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. P. Hix u P. Mahnič Bruni, aġenti, assistiti inizjalment minn G. Berrisch u M. de Morpurgo, sussegwentement minn G. Berrisch, avukati)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u D. Grespan, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 723/2011, tat-18 ta' Lulju 2011, li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 91/2009 fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta' ċerti qfieli tal-ħadid u tal-azzar ikkunsinjati mill-Malasja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le (ĠU L 194, p. 6).
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
Brugola Service International Srl (BSI) hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 370, 17.12.2011.