Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fl-4 ta’ April 2023 – Hauser Weinimport GmbH vs Freistaat Bayern

(Kawża C-216/23, Hauser Weinimport)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerischer Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hauser Weinimport GmbH

Konvenut: Freistaat Bayern

Domandi preliminari

L-Artikolu 3(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “alkoħol” jinkludi wkoll xarba li fiha l-alkoħol u li ma hijiex prodott tad-dielja fis-sens tal-Artikolu 3(4)(a) ta’ dan ir-regolament?

Il-kelma “miżjud” fis-sens tal-Artikolu 3(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 251/2014 tfisser li l-kontenut alkoħoliku tal-prodott finali għandu jkun żdied meta mqabbel ma’ dak tal-prodott tad-dielja użat skont l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament (UE) Nru 251/2014?

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 251/2014, moqrija flimkien mal-Anness I(1)(b)(ii) tiegħu, għandha tiġi interpretata fis-sens li t-terminu “oġġetti tal-ikel li jagħtu t-togħma” jinkludi xarba bl-alkoħol fis-sens tal-ewwel domanda?

____________

1 ĠU 2014, L 84, p. 14, rettifiki fil-ĠU 2014, L 105, p. 12 u fil-ĠU 2020, L 182, p. 11