Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof - l-Awstrja) – RW vs Österreichische Post AG

(Kawża C-154/21) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament (UE) 2016/679 – Artikolu 15(1)(c) – Dritt ta’ aċċess tas-suġġett tad-data għad-data tiegħu – Informazzjoni dwar ir-riċevituri jew il-kategoriji ta’ riċevituri li lilhom tkun ġiet ikkomunikata jew ser tiġi kkomunikata d-data personali – Limitazzjonijiet)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RW

Konvenut: Österreichische Post AG

Dispożittiv

L-Artikolu 15(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data),

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

d-dritt ta’ aċċess tas-suġġett tad-data għad-data personali li tikkonċernah, previst minn din id-dispożizzjoni, jimplika, meta din id-data tkun ġiet jew ser tiġi kkomunikata lil riċevituri, l-obbligu tal-kontrollur li jipprovdi lil dan is-suġġett l-identità stess ta’ dawn ir-riċevituri, sakemm ma jkunx impossibbli li dawn ir-riċevituri jiġu identifikati jew sakemm l-imsemmi kontrollur ma jurix li t-talbiet għal aċċess tas-suġġett tad-data huma manifestament infondati jew eċċessivi, fis-sens tal-Artikolu 12(5) tar-Regolament 2016/679, f’liema każ dan jista’ jindika lil dan is-suġġett il-kategoriji tar-riċevituri inkwistjoni biss.

____________

1     ĠU C 217, 7.6.2021.