Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2013 – Colgate-Palmolive vs UASI – dm-drogerie markt (360º SONIC ENERGY)

(Kawża T-467/11) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali 360º SONIC ENERGY – Trade mark internazzjonali verbali preċedenti SONIC POWER – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Colgate-Palmolive Company (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Zintler u G. Schindler, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Mejju 2011 (Każ R 1094/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn dm-drogerie markt GmbH & Co. KG u Colgate-Palmolive Company.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Colgate-Palmolive Company hija kkundannata għall-ispejjeż.