Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Settembru 2011 - Volvo Trademark vs UASI - Hebei Aulion Heavy Industries (LOVOL)

(Kawża T-524/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Volvo Trademark Holding AB (Göteborg, L-Isveżja) (rappreżentant: M. Treis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hebei Aulion Heavy Industries Co., Ltd (Xuanhua, Iċ-Ċina)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-19 ta' Lulju 2011 fil-Każ R 1870/2010-1;

tiċħad l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5029731; u

tordna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti inkonnessjoni ma' din il-kawża, l-appell quddiem il-Bord tal-Appell u l-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark "LOVOL", għal prodotti fil-klassijiet 7 u 12 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5029731

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 2361087, tas-sinjal verbali "VOLVO", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1-9, 11-12, 14, 16-18, 20-22, 24-28 u 33-42; applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4804522, tas-sinjal figurattiv "VOLVO", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1-4, 6, 7, 9, 11-12, 14, 16, 18, 25, 28, 35-39 u 41; reġistrazzjoni ta' trade mark tar-Renju Unit Nru 747361, tas-sinjal figurattiv "VOLVO", għal prodotti fil-klassi 12; reġistrazzjoni ta' trade mark tar-Renju Unit Nru 747362, tas-sinjal verbali "VOLVO", għal prodotti fil-klassi 12; reġistrazzjoni ta' trade mark tar-Renju Unit Nru 1051579, tas-sinjal verbali "VOLVO", għal prodotti fil-klassi 7; reġistrazzjoni ta' trade mark tar-Renju Unit Nru 1408143, tas-sinjal figurattiv "VOLVO", għal prodotti fil-klassi 7

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell micħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti kollha meta pparaguna s-sinjali, u b'hekk ikkonkluda bi żball li ma kienx hemm xebh bejn is-sinjali. Ksur ta' dispożizzjoni legali marbuta mal-applikazzjoni tar-Regolament, u b'mod partikolari, il-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi C-361/04 P, Ruiz-Picasso et vs UASI, tat-12 ta' Jannar 2006, Ġabra p. I-643 u C-252/07, Intel Corporation, Ġabra p. I-8823, billi applikahom b'mod strettament formalistiku, u konsegwentement, billi ma eżaminax il-merti tal-oppożizzjoni taħt l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________