Language of document : ECLI:EU:T:2014:943





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Novembru 2014 —
Volvo Trademark vs UASI — Hebei Aulion Heavy Industries (LOVOL)


(Kawża T‑525/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LOVOL — Trade marks Komunitarji verbali u figurattivi u trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti VOLVO — Raġuni relattiva għal rifjut — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 17, 18)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)u (5)) (ara l-punti 21, 22)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni — Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux — Trade mark figurattiva LOVOL — Trade marks verbali u figurattivi VOLVO (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b) u (5)) (ara l-punti 55-58)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 1868/2010‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Volvo Trademark Holding AB u Hebei Aulion Heavy Industries Co., Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Volvo Trademark Holding AB hija kkundannata għall-ispejjeż.