Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Jannar 2013 - Exakt Advanced Technologies vs UASI - Exakt Precision Tools (EXAKT)

(Kawża T-37/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Exakt Advanced Technologies GmbH (Norderstedt, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. von Bismarck, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Exakt Precision Tools Ltd (Aberdeen, ir-Renju Unit)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta' Ottubru 2012 fil-Każ R 1764/2011-1;

tikkundanna l-intervenjenti għall-ispejjeż inklużi l-ispejjeż inkorsi fil-kuntest tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "EXAKT", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9 u 37 - Trade mark Komunitarja Nru 3 996 592

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Exakt Precision Tools Ltd

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "EXAKT", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 8 u 9

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009

____________