Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Carbajo Ferrero vs Il-Parlament

(Kawża T-670/19) 1

(“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Proċedura għall-ħatra ta’ pożizzjoni ta’ direttur – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent u ħatra ta’ kandidat ieħor – Obbligu ta’ motivazzjoni – Eċċezzjoni ta’ illegalità tal-atti li jistabbilixxu r-regoli interni ta’ proċedura – Irregolarità tal-proċedura ta’ reklutaġġ – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Ineżattezza tal-informazzjoni kkomunikata lill-Awtorità tal-Ħatra – Trasparenza – Ugwaljanza fit-trattament – Responsabbiltà – Dannu materjali u morali”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Fernando Carbajo Ferrero (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Terwinghe u C. González Argüelles, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-10 ta’ Diċembru 2018 ta’ ċaħda tal-kandidatura tar-rikorent u ħatra ta’ kandidat ieħor għall-pożizzjoni ta’ direttur tal-midja tad-direttorat ġenerali tal-komunikazzjoni u, min-naħa l-oħra, sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2018 ta’ ċaħda tal-kandidatura tar-rikorent u ħatra ta’ kandidat ieħor għall-pożizzjoni ta’ direttur tal-midja tad-direttorat ġenerali tal-komunikazzjoni hija annullata.

Il-Parlament huwa kkundannat iħallas lir-rikorrent, bħala kumpens għad-dannu materjali, somma ta’ EUR 40 000.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 399, 25.11.2019.