Language of document : ECLI:EU:T:2012:367

Kawża T-279/09

Antonino Aiello

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern

(Trade marks u Disinni) (UASI)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Notifika tar-risposta tal-parti li qed topponi quddiem il-Bord tal-Appell — Regola 50(1), Regola 20(2) u Regola 67(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 — Drittijiet tad-difiża”

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 ?II ‑ 0000

Sommarju tas-sentenza

1.      Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Ordni indirizzata lill-Uffiċċju — Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(6))

2.      Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Notifika — Notifika tar-risposta tal-parti li qed topponi quddiem il-Bord tal-Appell — Notifika lir-rappreżentant maħtur jew lir-rappreżentant komuni

(Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regoli 20(2), 50(1), 67(1), 75(1) u 77)

3.      Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Portata tal-prinċipju

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 75)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 17)

2.      Meta r-Regoli 50(1) u 20(2) tar-Regolament Nru 2868/95, li jimplementa r-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, jinqraw flimkien, jirriżulta li, fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għandu jikkomunika lill-applikant għat-trade mark Komunitarja, li ppreżenta appell quddiem il-Bord tal-Appell, l-osservazzjonijiet tal-parti li qed topponi u għandu jistiednu jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

Skont ir-Regola 67(1) tar-Regolament Nru 2868/95, jekk jinħatar rappreżentant jew jekk l-applikant li jissemma l-ewwel f’applikazzjoni komuni jitqies li jkun ir-rappreżentant komuni skont ir-Regola 75(1), in-notifiki għandhom ikunu indirizzati lir-rappreżentant maħtur jew lir-rappreżentant komuni. Għalhekk, l-Uffiċċju ma jistax jinvoka l-allegata notifika tar-risposta tal-parti li qed topponi lir-rikorrent innifsu sabiex jiġġustifika l-assenza ta’ notifika lir-rappreżentant tar-rikorrent.

Barra minn hekk, mir-Regola 77 tar-Regolament Nru 2868/95, li tipprovdi li kull notifika indirizzata lil rappreżentant għandha l-istess effett bħallikieku kienet indirizzata lill-persuna rrappreżentata, ma jistax jiġi dedott li n-notifika lir-rappreżentat tiswa notifika lir-rappreżentant. Kieku dan kien il-każ, ir-Regola 67 tal-imsemmi regolament kienet tkun mingħajr effett.

(ara l-punti 24, 29, 31)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 33, 34)