Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' Jannar 2013 - Meta Group vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-35/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Meta Group Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Bartolini, V. Colcelli, u A. Formica, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla n-nota tad-D.Ġ. tal-Budget execution (general budget and EDF) tal-Kummissjoni Ewropea tat-12.11.2012 (referenza nru 1328694), li għandha bħala għan "il-ħlas permezz ta' tpaċija bejn il-krediti u d-debiti tal-Kummissjoni", li biha l-Kummissjoni kienet tikkomunika l-imsemmija tpaċija tal-kreditu ta' EUR 69 061.89 ivvantat minn META Group kontra l-Kummissjoni fir-rigward tal-kuntratt Take-it-Up (nru 245637) mad-debitu korrispettiv hekk kif jirriżulta mid-Debit Note nru 32412078833.

tannulla n-nota tad-D.Ġ. tal-Budget execution (general budget and EDF) tal-Kummissjoni Ewropea tal-21.11.2012 (referenza nru 1380282), li għandha bħala għan it-tpaċija tal-kreditu ta' EUR 16 772.36 ivvantat minn META Group kontra l-Kummissjoni fir-rigward tal-kuntratt BCreative (nru 245599), mad-debitu korrispettiv hekk kif jirriżulta mid-Debit Note nru 32412078833.

tannulla n-nota tad-D.Ġ. tal-Budget execution (general budget and EDF) tal-Kummissjoni Ewropea tal-21.11.2012 (referenza nru 1380323), li għandha bħala għan it-tpaċija tal-kreditu ta' EUR 16 772.36 ivvantat minn META Group kontra l-Kummissjoni fir-rigward tal-kuntratt BCreative mad-debitu korrispettiv ekwivalenti.

tannulla n-nota tal-Budget execution (general budget and EDF) tal-Kummissjoni Ewropea tat-22.11.2012 (referenza nru 1387638), li għandha bħala għan it-tpaċija tal-kreditu ta' EUR 220 518.25 ivvantat minn META Group kontra l-Kummissjoni fir-rigward tal-kuntratt Take-it-UP (nru 245637) u Ecolink+ (nru 256224) mas-somma ta' EUR 209 180.92, hekk kif jirriżulta mid-Debit Note nru 32412078833.

B'konsegwenza ta' dan:

tikkundanna lill-amministrazzjoni għall-ħlas favur ir-rikorrenti tal-ammont ta' EUR 424.787, kif ukoll għall-interessi moratorji.

tikkundanna lill-amministrazzjoni għall-ħlas tad-dannu li ġie mġarrab mir-rikorrenti minħabba f'hekk.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u argumenti prinċipali huma simili għal dawk imsemmija fil-Kawża T-34/13.

____________