Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Erreà Sport vs UASI - Facchinelli (ANTONIO BACIONE)

(Kawża T-36/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ANTONIO BACIONE – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti erreà u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti li tirrappreżenta żewġ forom ta’ djamanti – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 –Profitt indebitu mnissel mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009ˮ]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Erreà Sport SpA (Torrile, l-Italja) (rappreżentanti: D. Caneva u G. Fucci, avuakti)Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)Parti oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Antonio Facchinelli (Dalang, iċ-Ċina) SuġġettRikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1561/2011-1), dwar proċedura ta’ oppożizzjoni bejn Erreà Sport SpA u Antonio Facchinelli.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Erreà Sport SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.