Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2014 – Cezar vs UASI Poli-Eco (Insert)

(Kawża T-39/13) 1

[“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta inserzjoni – Disinn preċedenti – Novità – Karattru individwali – Karatteristiċi viżibbli ta’ komponent minn prodott kumpless – Evalwazzjoni tad-disinn preċedenti – Artikoli 3, 4, 5, 6 u l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cezar Przedsiębiorstwo Produkcyjne Dariusz Bogdan Niewiński (Ełk, il-Polonja) (rappreżentanti: inizjalment M. Nentwig u G. Becker, sussegwentement M. Nentwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment F. Mattina, sussegwentement P. Bullock, agents)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Poli-Eco Tworzywa Sztuczne sp. z o.o. (Szprotawa, il-Polonja) (rappreżentanti: inizjalment B. Rokicki, sussegwentement D. Rzazewska, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Novembru 2012 (Każ R 1512/2010-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Poli-Eco Tworzywa Sztuczne sp. z o.o u Cezar Przedsiębiorstwo Produkcyjne Dariusz Bogdan Niewiński. Dispożittiv1)    Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-8 ta’ Novembru 2012 (Każ R 1512/2010-3) hija annullata.2)    L-UASI għandu jbati, barra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Cezar Przedsiębiorstwo Produkcyjne Dariusz Bogdan Niewiński.3)    Poli-Eco Tworzywa Sztuczne sp. z o.o. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.