Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Settembru 2009 - Fuller & Thaler Asset Management vs UASI (BEHAVIOURAL INDEX)

(Kawża T-383/09)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fuller & Thaler Asset Management, Inc. (San Mateo, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta' Ġunju 2009 fil-Każ R 138/2009-1; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "BEHAVIOURAL INDEX" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 36

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell (i) żbalja fir-rigward tat-tifsira u s-sintassi tat-trade mark, kif ukoll tal-adegwatezza tagħha jew le bħala terminu deskrittiv immedjat u dirett għall-prodotti u s-servizzi inkwistjoni; (ii) naqas milli jistabbilixxi ex officio fatti li juru li t-trade mark Komunitarja kkonċernata kienet deskrittiva għall-pubbliku rilevanti, għalkemm ikkonkluda korrettement li l-pubbliku rilevanti kien speċjalizzat; u (iii) naqas milli jikkunsidra l-interess pubbliku fir-rigward ta' din ir-raġuni għal rifjut u naqas milli jistabbilixxi fuq il-bażi tal-evidenza, li fil-qasam speċjalizzat rilevanti kien hemm probabbiltà raġonevoli li fil-futur negozjanti oħra f'dak il-qasam ikunu jridu jużaw it-trade mark Komunitarja kkonċernata.

____________