Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2024 – Puma vs EUIPO – Fujian Daocheng Electronic Commerce (Żarbun)
(Kawża T-758/22) 1
(“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta żarbun – Disinn Komunitarju preċedenti – Raġunijiet għal invalidità – Karattru individwali – Artikolu 25(1)(b) u Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002ˮ)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Schunke u P. Trieb, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Fujian Daocheng Electronic Commerce Co. Ltd (Quanzhou, iċ-Ċina)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Settembru 2022 (Każ R 1876/2021-3)
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Puma SE hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________
1 ĠU C 35, 30.1.2023.