Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2024 – Puma vs EUIPO – Road Star Group (Żarbun)

(Kawża T-757/22) 1

(“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta żarbun – Disinni Komunitarji preċedenti – Raġunijiet għal invalidità – Karattru individwali – Artikolu 25(1)(b) u Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Schunke u P. Trieb, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Ivanauskas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Road Star Group (Nupaky, ir-Repubblika Ċeka)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-21 ta’ Settembru 2022 (Każ R 1900/2021-3).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Puma SE hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 35, 30.1.2023.