Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Lulju 2010 - Valigeria Roncato vs UASI Roncato (CARLO RONCATO)

(Kawża T-124/09)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CARLO RONCATO - Trade marks nazzjonali figurattivi RV RONCATO u verbali RONCATO mhux reġistrati - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti RV RONCATO u verbali preċedenti RONCATO - Nuqqas ta' probabbiltà ta' profitt indebitu minħabba l-karattru distintiv u r-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti - Eżistenza ta' ġustifikazzjoni għall-użu tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [ li sar Artikolu 8 (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] ")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Valigeria Roncato SpA (Campodarsego, l-Italja) (rappreżentanti: P. Perani u P. Pozzi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Roncato Srl (Campodarsego) (rappreżentanti: M. Cartella u M. Fazzini, avukati)

Suġġett

Appell mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta' Jannar 2009 (Kawżi R 237/2008-1 u R 236/2008-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Valigeria Roncato SpA u Roncato Srl.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Valigeria Roncato SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 129, 06.06.2009