Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Diċembru 2013 – da Silva Tenreiro vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-32/13 P) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Reklutaġġ – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Ħatra fil-pożizzjoni ta’ Direttur tad-Direttorat A ‘Ġustizzja Ċivili’ tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni ‘Ġustizzja’ – Ċaħda tal-kandidatura tal-appellant – Ħatra ta’ kandidat ieħor – Użu ħażin ta’ poter – Appell

parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Mario Paulo da Silva Tenreiro (Kraainem, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u D. de Abreu Caldas, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Novembru 2012, da Silva Tenreiro vs Il-Kummissjoni (F-120/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiża għall-annullament ta’ din is-sentenza.DispożittivL-appell huwa miċħud.Mario Paulo da Silva Tenreiro għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-istanza preżenti.