Rikors ippreżentat fil-25 ta' Ġunju 2010 - Milux vs UASI (APPETITECONTROL)
(Kawża T-281/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Milux Holding S.A. (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: J. Bojs, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta' April 2010 fil-Każ R 1433/2009-4;
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "APPETITECONTROL" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 10 u 44
Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell applika b'mod żbaljat il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni għal fatti ta' din il-kawża; u sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja fil-konklużjoni tiegħu li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma għandhiex karattru suffiċjentement distint inerenti.
____________