Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2015 – City Cycle Industries vs Il-Kunsill

(Kawża T-413/13) 1

(“Dumping – Importazzjonijiet ta’ roti mibgħuta mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija – Estensjoni, għal dawn l-importazzjonijiet, tad-dazju antidumping definittiv stabbilit fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina – Evażjoni – Nuqqas ta’ kooperazzjoni – Artikoli 13 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Aċċess għall-fajl”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: City Cycle Industries (Colombo, is-Sri Lanka) (rappreżentanti: T. Müller Ibold u F. C. Laprévote, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert, aġent, assistit minn R. Bierwagen u C. Hipp, avukati)

Partijiet intevenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u M. França, aġenti); u Maxcom Ltd (Plovdiv, il-Bulgarija) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, solicitor)

Suġġett

Talba għal annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013, tad-29 ta’ Mejju 2013, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le (ĠU L 153, p. 1).DispożittivL-Artikolu 1(1) u (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013, tad-29 ta’ Mejju 2013, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le, sa fejn jikkonċerna lil City Cycle Industries, huwa annullat.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż ta’ City Cycle Industries kif ukoll l-ispejjeż rispettivi tiegħu.Il-Kummissjoni Ewropea u Maxcom Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.