Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Settembru 2011 - Biodes vs UASI - Manasul Internacional (BIESUL)

(Kawża T-597/10)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimeti ta' oppożizzjoni - Revoka tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell - Tmiem tas-suġġett tal-kawża - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Biodes, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: E. Manresa Medina, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Manasul Internacional, SL

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta' Settembru 2010 (Każ R 1519/2009-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Manasul Internacional, SL u Biodes, SL.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 80, 12.03.2011.