Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Diċembru 2012 - Strobl vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-630/11 P) 

("Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali - Kandidati inklużi f'lista ta' kandidati xierqa qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal ġodda - Avviż ta' pożizzjoni vakanti - Ħatra - Klassifikazzjoni fi grad skont ir-regoli l-ġodda inqas favorevoli - Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Żball ta' liġi - Obbligu ta' motivazzjoni mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Peter Strobl (Besozzo, l-Italja) (rappreżentanti: H.-J. Rüber, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat); u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Herrmann u A. Jensen, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tad-29 ta' Settembru 2011, Strobl vs Il-Kummissjoni (F-56/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

P. Strobl għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 49, 18.02.2012