Language of document : ECLI:EU:T:2013:85





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Frar 2013 — Caventa vs UASI – Anson’s Herrenhaus (B BERG)

(Kawża T-631/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva B BERG — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Christian Berg — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Proċedura — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 14, 15)

2.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża quddiem il-qorti tal-Unjoni — Limitazzjoni tal-lista ta’ prodotti u servizzi wara d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell — Konsegwenzi (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 135(4); Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 43(1)) (ara l-punti 21-23)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva B BERG u trade mark verbali Christian Berg (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 33, 38, 59, 63-67, 72)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Settembru 2011 (Każ R 2014/2010‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Anson’s Herrenhaus KG u Caventa AG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Caventa AG hija kkundannata għall-ispejjeż.