Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' April 2009 - Vidieffe vs UASI - Ellis International Group Holdings (GOTHA)

(Kawża T-169/09)

Lingwa tar-rikors: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Vidieffe Srl (Bologna, l-Italja) (rappreżentanti: M. Lamandini, avukat, D. De Pasquale, avukat, M. Pappalardo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Perry Ellis International Group Holdings Ltd

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, minħabba ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L p. 1) [sostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja] u/jew abbuż ta' poter, id-deċiżjoni mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta' Frar 2009, safejn tilqa' parzjalment l-appell u tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni rigward "artikoli tal-ġilda u imitazzjonijiet tal-ġilda, il-prodotti mhux inklużi fi klassijiet oħra; bagolli u bagalji; umbrelel, umbrelel kbar u bsaten għall-mixi" fil-klassi 18 u għall-prodotti kollha fil-klassi 25; u konsegwentement, tikkonferma integralment id-deċiżjoni maħruġa mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI (każ Nru B 909 350 tat-22 ta' Frar 2008).

tikkundanna lill-UASI sabiex jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza.

tikkundanna lill-UASI u Perry Ellis għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali "GOTHA" (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3.665.957), għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Perry Ellis International Group Holdings, Limited.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark Komunitarja figurattiva "goctha" (Nru. 2.896.199), għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: ċaħdet l-oppożizzjoni fl-integralità tagħha.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: laqgħet parzjalment l-appell

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (sostitwit bir-Regolament Nru 207/2009) u, ukoll, abbuż ta' poter minħabba li kkunsidrat li seta' kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn sinjali li ma setgħux jiġu konfużi.

____________