Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' Diċembru 2011 - Hostel drap vs UASI - Aznar textil (MY drap)

(Kawża T-636/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Hostel drap, SL (Monistrol de Montserrat, Spanja) (rappreżentant: C. Prat, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aznar textil, SL (Paterna, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-26 ta' Settembru 2011, fil-Każ R 2127/2010-2;

tiċħad l-oppożizzjoni

tirrinvija l-kawża lill-UASI sabiex jirreġistra t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni fil-klassijiet kollha mitluba;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "MY drap" għal prodotti fil-klassijiet 16, 21 u 24.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Aznar textil, SL.

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva Komunitarja u li għandha reputazzjoni "BON DRAP" għal prodotti fil-klassijiet 23, 24 u 26.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li t-trade marks kunfliġġenti ma jixxiebhux u ma teżistix probabbiltà ta' konfużjoni bejniethom.

____________