Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2013 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-198/12 R)

[“Proċeduri għal miżuri provvizorji – Valuri ta’ limitu għall-antimonju, l-arseniku, il-barju, iċ-ċomb u l-merkurju fil-ġugarelli – Rifjut tal-Kummissjoni li tapprova kompletament id-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati mill-awtoritajiet Ġermaniżi li jżommu valuri ta’ limitu għal dawn is-sustanzi – Talba għal miżuri provviżorji – Ammissibbiltà – Urġenza – Fumus boni juris – Ibbilanċjar tal-interessi”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u A. Wiedmann, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u G. Wilms, aġenti)

Suġġett

Talba sabiex tinkiseb, fuq bażi provviżorja, l-approvazzjoni taż-żamma tad-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati mill-awtoritajiet Ġermaniżi li jistabbilixxu valuri ta’ limitu għall-antimonju, l-arseniku, il-barju, iċ-ċomb u l-merkurju fil-ġugarelli sakemm tingħata deċiżjoni fuq il-mertu mill-Qorti Ġenerali.

Dispożittiv

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tawtorizza ż-żamma tad-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja li jistabbilixxu valuri ta’ limitu għall-antimonju, l-arseniku, il-barju, iċ-ċomb u l-merkurju fil-ġugarelli sakemm il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi r-rikors prinċipali.

Il-kumplament tat-talba għal miżuri provviżorji huwa miċħud.

L-ispejjeż huma rriżervati.