Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2014 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-198/12) 1

(“Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Direttiva 2009/48/KE – Sikurezza tal-ġugarelli – Valuri ta’ limitu għan-nitrosammini, għas-sustanzi nitrosatabbli, għaċ-ċomb, il-barju, l-arseniku, l-antimonju u l-merkurju preżenti fil-ġugarelli – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tapprovax totalment iż-żamma tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jidderogaw – Approvazzjoni limitata fiż-żmien – Prova ta’ livell ta’ protezzjoni għola għas-saħħa tal-bniedem mogħti mid-dispożizzjonijiet nazzjonali”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u A. Wiedmann, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u G. Wilms, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/160/UE, tal-1 ta’ Marzu 2012, dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati mill-Gvern Federali tal-Ġermanja li jżommu l-valuri ta’ limitu għaċ-ċomb, il-barju, l-arseniku, l-antimonju, il-merkurju u n-nitrosammini u s-sustanzi nitrosatabbli fil-ġugarelli lil hinn mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 80, p. 19).DispożittivMa hemmx lok iktar li tingħata deċiżjoni fuq il-legalità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/160/UE, tal-1 ta’ Marzu 2012, dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati mill-Gvern Federali tal-Ġermanja li jżommu l-valuri ta’ limitu għaċ-ċomb, il-barju, l-arseniku, l-antimonju, il-merkurju u n-nitrosammini u s-sustanzi nitrosatabbli fil-ġugarelli lil hinn mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, għal dak li jirrigwarda l-barju.It-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2012/160 huwa annullat, sa fejn illimita sal-21 ta’ Lulju 2013 l-approvazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu l-valuri ta’ limitu għaċ-ċomb.Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.Il-Kummi

s

sjoni Ewrope

a għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs dawk esposti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.