Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2024 – Ben Ali vs Il-Kunsill

(Kawża T-166/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Nesrine Ben Ali (Jeddah, l-Arabja Sawdija) (rappreżentanti: M. Ceccaldi u M. Hazguer, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ammissibbli t-talbiet ta’ Nesrine Ben Ali mressqa f’dan ir-rikors,

tannulla l-anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK tal-31 ta’ Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2011, L 28, p. 62) sa fejn jikkonċerna lil Nesrine Ben Ali (skeda Nru 6) peress li dan l-anness ġie estiż fid-19 ta’ Jannar 2024 bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/159 tat-23 ta’ Jannar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72 (ĠU 2023, L 22, p. 18), u tannulla l-effetti tiegħu,

tikkundanna lill-Kunsill iħallas lil Nesrine Ben Ali s-somma ta’ EUR 20 000 sabiex tkopri l-ispejjeż tad-difiża tagħha,

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża.

It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

It-tielet motiv ibbażat fuq id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

____________