Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2024 – Pfriem vs EUIPO – U-Control (UC)

(Kawża T-316/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva UC – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea UC – Dritt għal smigħ – Prinċipju ta’ imparzjalità – Estensjoni tal-eżami li għandha titwettaq mill-Awla tal-Appell – Artikolu 27(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625 – Raġjuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Hanns Pfriem (Schweinfurt, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Pütz-Poulalion, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: T. Frydendahl, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: U-Control Srl (Torrile, l-Italja) (rappreżentant: N. Amadei, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament u t-tibdil tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-16 ta’ Marzu 2023 (Każ R 1404/2022-4).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Hanns Pfriem huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn U-Control Srl.

    L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.

____________

1     ĠU C 261, 24.7.2023.