Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Marzu 2024 – Trabelsi vs Il-Kunsill

(Kawża T-165/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Belhassen Ben Mohamed Ben Rhouma Trabelsi (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. Ceccaldi u M. Hazguer, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ammissibbli u fondati t-talbiet ta’ Belhassen Ben Mohamed Ben Rhouma Trabelsi mressqa f’dan ir-rikors,

tannulla konsegwentement l-anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK tal-31 ta’ Jannar 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2011, L 28, p. 62) sa fejn jikkonċerna lilu, skeda Nru 8, peress li dan l-anness ġie estiż mingħajr raġuni bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/426 tad-29 ta’ Jannar 2024 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L, 2024/426), u tannulla l-effetti tiegħu,

tikkundanna lill-Kunsill iħallas lil Belhassen Ben Mohamed Ben Rhouma Trabelsi s-somma ta’ EUR 20 000 sabiex tkopri l-ispejjeż tad-difiża tagħha,

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża.

It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

It-tielet motiv ibbażat fuq id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

____________