DIGRIET TAL-PRESIDENT TAT-TIELET AWLA
tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
4 ta’ Ġunju 2009
Kawża F-78/08
Carlo Locchi
vs
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
“Ftehim bonarju fuq l-inizjattiva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir tal-kawża”
Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEFA, li permezz tiegħu C. Locchi jitlob, essenzjalment, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-15 ta’ Frar 2008, li teskludih mil-lista finali tal-uffiċjali magħżula minn qabel għall-proċedura ta’ ċertifikazzjoni 2007 u, konsegwentement, dejjem fir-rigward tal-proċedura ta’ ċertifikazzjoni 2007, tal-lista tal-kandidati magħżula minn qabel li ġew fl-ewwel postijiet kif ukoll tal-lista tal-kandidati awtorizzati sabiex jipparteċipaw fil-programm ta’ formazzjoni, kif ukoll l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-20 ta’ Novembru 2007, dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali tal‑implementazzjoni tal-Artikolu 45a tar-Regolamenti tal-Persunal.
Deċiżjoni: Il-Kawża F-78/08, Locchi vs Il-Kummissjoni, hija mħassra mir‑reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-Kummissjoni għandha tħallas is-somma f’daqqa ta’ EUR 4 000 lir-rikorrent, li min-naħa l-oħra jirrinunċja għal kull talba għal ħlas, inkluż fil‑qasam tal-ispejjeż.
Sommarju
Uffiċjali – Rikorsi – Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir tal-kawża mir-reġistru
(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikoli 69 u 74)