Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Ġunju 2011 - FMC Foret vs Il-Kummissjoni
"Kompetizzjoni - Akkordji - Perossidu tal-idroġenu u perborat tas-sodju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tul tal-ksur - Preżunzjoni ta' innoċenza - Drittijiet tad-difiża - Multi - Ċirkustanzi attenwanti"
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: FMC Foret, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: M. Seimetz, avukat, u C. Stanbrook, QC)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Arbault, sussegwentement V. Di Bucci u V. Bottka, aġenti, assistiti minn M. Gray, barrister)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 1766 finali, tat-3 ta' Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.620 - Perossidu tal-idroġenu u perborat), u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) FMC Foret SA hija kkundannata għall-ispejjeż
____________1 - ĠU C 212, 02.09.2006.