Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Ġunju 2011 - Solvay Solexis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-195/06) 1

"Kompetizzjoni - Akkordji - Perossidu tal-idroġenu u perborat tas-sodju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Tul tal-ksur - Kunċett ta' 'ftehim' u ta' 'prattiki miftiehma' - Aċċess għal fajl - Multi - Trattament ugwali - Komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni - Obbligu ta' motivazzjoni"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Solvay Solexis SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: T. Salonico u G.L. Zampa, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Di Bucci u F. Amato, sussegwentement V. Di Bucci u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 1766 finali, tat-3 ta' Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.620 - Perossidu tal-idroġenu u perborat), u, min-naħa l-oħra, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Solvay Solexis SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 212, 02.09.2006.