Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Ġunju 2011 - SNIA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-194/06) 1

("Kompetizzjoni - Akkordji - Perossidu tal-idroġenu u perborat tas-sodju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-imġiba ta' ksur - Assorbiment ta' kumpannija responsabbli mill-ksur - Drittijiet tad-difiża - Konkordanza bejn id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u d-deċiżjoni kkontestata - Obbligu ta' motivazzjoni")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: SNIA SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: A. Santa Maria, B. Biscaretti di Ruffia u E. Gambaro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Di Bucci u F. Amato, sussegwentement V. Di Bucci u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 1766 finali, tat-3 ta' Mejju 2006, dwar proċedura taħt l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.620 - Perossidu tal-idroġenu u perborat), inkwantu din tirrigwarda lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

SNIA SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 212, 02.09.2006.