Language of document : ECLI:EU:T:2011:280





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) tas-16 ta’ Ġunju 2011 – Solvay Solexis vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T-195/06)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Perossidu tal-idroġenu u perborat tas-sodju – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Tul tal-ksur – Kunċett ta’ ‘ftehim’ u ta’ ‘prattika miftiehma’ – Aċċess għal fajl – Multi – Ugwaljanza fit-trattament – Komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Kompetizzjoni - Akkordji - Ftehim bejn impriżi - Kunċett - Qbil tal-intenzjonijiet fir-rigward tal-aġir li għandu jiġi adottat fis-suq - Inklużjoni - Tkomplija tan-negozjati fuq ċerti elementi tar-restrizzjoni - Assenza ta’ effett (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 55, 56, 98, 100)

2.                     Kompetizzjoni - Akkordji - Prattika miftiehma - Kunċett - Skambju ta’ informazzjoni fil-kuntest ta’ akkordju jew sabiex dan jiġi ppreparat - Teħid inkunsiderazzjoni tal-informazzjoni skambjata - Preżunzjoni - Kundizzjonijiet (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 57- 59, 102, 103, 116)

3.                     Kompetizzjoni - Akkordji - Ksur kumpless li jinkludi elementi ta’ akkordju u elementi ta’ prattika miftehma - Klassifikazzjoni unika bħala “ftehim u/jew prattika miftehma” - Ammissibbiltà (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 60 - 62, 81)

4.                     Kompetizzjoni - Akkordji - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Għan antikompetittiv - Konstatazzjoni suffiċjenti (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 113, 118, 157)

5.                     Kompetizzjoni - Akkordji - Projbizzjoni - Akkordji li jkomplu jipproduċu effetti wara t-tmiem formali tagħhom - Applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 124, 125)

6.                     Kompetizzjoni - Akkordji - Prova - Indizji prodotti mill-Kummissjoni - Parteċipazzjoni f’laqgħat li għandhom għan antikompetittiv – Obbligi probatorji tal-impriżi li jikkontestaw in-natura illegali ta’ wħud minn dawn il-laqgħat (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punt 131)

7.                     Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Rispett tad-drittijiet tad-difiża - Aċċess għall-fajl - Portata - Assenza ta’ komunikazzjoni ta’ dokument - Konsegwenzi - Neċessità li ssir, fuq il-livell tal-oneru tal-prova li jaqa’ fuq l-impriża kkonċernata, distinzjoni bejn id-dokumenti li jimplikaw u dawk li jiskaġunaw (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(2)) (ara l-punti 146-149)

8.                     Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Portata - Obbligu li l-Kummissjoni tieħu pożizzjoni fuq dokumenti li ma jinkludux elementi li jiskaġunaw - Assenza (Artikoli 81 KE u 253 KE) (ara l-punt 159)

9.                     Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Rispett tad-drittijiet tad-difiża - Komunikazzjoni tat-tweġibiet għal dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet - Kundizzjonijiet - Limiti (Artikolu 81 KE) (ara l-punti 167-171, 173, 176, 178-181)

10.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Ksur uniku u kontiwu - Teħid inkunsiderazzjoni tad-differenzi fl-intensità tal-aġiri li jikkostitwixxu ksur (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(3)) (ara l-punti 191, 210)

11.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Obbligu li jittieħed inkunsiderazzjoni l-impatt konkret fuq is-suq - Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1(A)) (ara l-punti 195-197)

12.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Tqassim tal-impriżi kkonċernati f’kategoriji li għandhom punt ta’ tluq speċifiku - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet - Stħarriġ ġudizzjarju (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 220, 221)

13.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Rwol passiv jew emulattiv tal-impriża - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, l-ewwel inċiż tal-punt 3) (ara l-punti 241-243, 252, 268)

14.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Ċirkustanzi attenwanti - Aġir diverġenti minn dak miftiehem fl-akkordju - Evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 3) (ara l-punti 269, 271-272)

15.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Teħid inkunsiderazzjoni tal-kooperazzjoni mal-Kummissjoni tal-impriża inkriminata barra mill-kuntest stabbilit mill-Komunikazzjoni fuq il-Kooperazzjoni - Kundizzjonijiet - Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 3, u 2002/C 45/03, it-tielet subparagrafu tal-punt 23(b)) (ara l-punti 283, 285)

16.                     Kompetizzjoni - Multi - Deċiżjoni li timponi multi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Portata - Indikazzjoni tal-elementi ta’ evalwazzjoni li wasslu lill-Kummissjoni tqis il-gravità u t-tul tal-ksur (Artikolu 253 KE, Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(3)) (ara l-punti 297, 299)

17.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Natura dissważiva - Kriterji ta’ evalwazzjoni tal-fattur ta’ dissważjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 305, 306)

18.                     Kompetizzjoni - Regoli Komunitarji - Ksur - Imputazzjoni - Waqfien ta’ fergħa tal-attivitajiet - Persuna ġuridika responsabbli għat-tmexxija tal-impriża matul il-ksur (Artikolu 81(1) KE) (ara l-punti 308, 310)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 1766 finali, tat-3 ta’ Mejju 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.620 – Perossidu tal-idroġenu u perborat), u, min-naħa l-oħra, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Solvay Solexis SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.