Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Settembru 2010 - TF1 vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-193/06)1

"Għajnuna mill-Istat - Skema ta' għajnuna għall-produzzjoni ċinematografiċi u awdjoviżivi - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Nuqqas ta' impatt sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva - Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Télévision française 1 SA (TF1) (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: J.-P. Hordies u C. Smits, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, T. Scharf, u B Stromsky, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u L. Butel, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 832 finali, tat-22 ta' Marzu 2006, dwar miżuri ta' sostenn għaċ-ċinema u l-awdjoviżiv fi Franza (għajnuna NN 84/2004 u N 95/2004 - Franza, Skemi ta' għajnuna għaċ-ċinema u l-awdjoviżiv).

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)    Télévision française 1 SA (TF1) hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummmissjoni Ewropea.

3)    Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 224, 16.09.2006.