Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-18 ta’ April 2014 – Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände - Verbraucherzentrale Bundesverband e.V. vs Teekanne GmbH & Co. KG

(Kawża C-195/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände - Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

Konvenuta: Teekanne GmbH & Co. KG

Domanda preliminari

L-ittikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar tal-prodotti tal-ikel jistgħu jindikaw, permezz tal-apparenza, tad-deskrizzjoni jew ta’ rappreżentazzjoni grafika, il-preżenza ta’ ingredjent partikolari meta dan ikun fil-fatt assenti minn dan il-prodott tal-ikel u din l-assenza tkun tirriżulta biss mil-lista ta’ ingredjenti msemmija fil-punt 2 tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2000/13/KE? 1

____________

1     Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Marzu 2000, fuq l-approsimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 75, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/20/UE, tat-13 ta’ Mejju 2013, li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-politika tas-sigurtà tal-ikel, veterinarja u fitosanitarja, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, ĠU L 158, p. 234.