Language of document : ECLI:EU:T:2014:979





Digriet tal‑Qorti Ġenerali (L‑Ewwel Awla) tal‑10 ta’ Novembru 2014 —
Theophilou vs Il‑Kummissjoni u BĊE


(Kawża T‑293/13)

“Rikorsi għal annullament u għad-danni — Programm ta’ sostenn għall-istabbilità ta’ Ċipru — Memorandum ta’ Ftehim dwar il-politika tal- kundizzjonalità ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-MES — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Rabta kawżali — Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Rikors intiż għal kumpens għad-danni allegatament ikkawżati minn istituzzjoni tal-Unjoni — Elementi li jippermettu li jiġi identifikat l-aġir ikkritikat tal-istituzzjoni, ir-rabta kawżali u n-natura reali u ċerta tad-dannu kkawżat (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 33, 34)

2.                     Rikors għad-danni — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Limiti — Ġurisdizzjoni sabiex tittieħed deċiżjoni dwar il-legalità ta’ Memorandum ta’ Ftehim konkluż bejn Stat Membru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà — Esklużjoni (Artikolu 268 TFUE u t-tieni u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, Artikolu 13(4)) (ara l-punti 42-47)

3.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet — Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 49, 50)

4.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Rabta kawżali — Dannu li jirriżulta min-nuqqas ta’ aġir ta’ istituzzjoni — Oneru tal-prova (Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 52, 53)

5.                     Rikors għal annullament — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Limiti — Ġurisdizzjoni sabiex tikkontrolla l-legalità tal-atti li ma joriġinawx minn istituzzjonijiet, korpi jew organizzazzjonijiet tal-Unjoni — Esklużjoni (Artikolu 263, TFUE) (ara l-punti 56, 58)

6.                     Proċedura ġudizzjarja — Ammissibbiltà tar-rikorsi — Talba għal miżuri provviżorji — Talba ppreżentata fl-istess att bħar-rikors prinċipali — Inammissibbiltà (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(3)) (ara l-punt 61)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tal-punti 1.23 sa 1.27 tal-Memorandum ta’ Ftehim dwar il-politika tal-kundizzjoni ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) tas-26 ta’ April 2013, u, fit-tieni lok, talba għall-kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-inklużjoni tal-punti 1.23 sa 1.27 tal-Memorandum ta’ Ftehim f’dan tal-aħħar u l-ksur tal-obbligu ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Christos Theophilou u Eleni Theophilou huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).